19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/20
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-597/10)
2011/C 55/35
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Peere u I. Hadjiyannis, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007 (1), li tistabbilixxi qafas għall-valutazzjoni u għall-immaniġġjar tar-riskji ta’ għargħar, bil-għan li jitnaqqsu l-konsegwenzi negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika assoċjati mal-għargħar fil-Komunità, jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/60/KE skada fil-25 ta’ Novembru 2009. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tittrasponi d-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma kinitx innotifikathom lill-Kummissjoni.
(1) Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, p. 27).
Full & Egal Universal Law Academy