5.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd (ir-Repubblika Slovakka) fis-17 ta’ Settembru 2010 – SAG ELV Slovensko as, FELA Management AG, ASCOM (l-Isvizzera) AG, Asseco Central Europe as, TESLA STROPKOV as, Autostrade per ľItalia SpA, EFKON AG, STALEXPORT Autostrády SA vs Úrad pre verejné obstarávanie
(Kawża C-599/10)
2011/C 72/19
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Najvyšší súd Slovenskej republiky.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SAG ELV Slovensko a., FELA Management AG, ASCOM (l-Isvizzera) AG, Asseco Central Europe as, TESLA STROPKOV as, Autostrade per ľItalia SpA, EFKON AG, STALEXPORT Autostrády SA.
Konvenut: Úrad pre verejné obstarávanie.
Intervenjenti: Národná dialnicná spolocnost, a.s.
Domandi preliminari
(1)
Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1), fil-verżjoni tagħha applikabbli fiż-żmien tal-fatti, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 51 u 2 tal-imsemmija direttiva, fid-dawl tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, jobbligaw lill-awtorità kontraenti titlob kjarifika tal-offerta, filwaqt li jkunu rispettati d-drittijiet proċedurali suġġettivi tal-individwu li jiġi mistieden jissuplimenta jew jiċċara ċ-ċertifikati u d-dokumenti ppreżentati skont l-Artikoli 45 u 50 tad-direttiva ċcitata iktar ’il fuq fil-każ fejn in-natura diffiċilment li tinftiehem u ftit ċara tal-offerta tista’ twassal għall-esklużjoni tagħha mill-kuntratt?
(2)
Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] fil-verżjoni tagħha applikabbli fiż-żmien tal-fatti, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 51 u 2 tal-imsemmija direttiva, fid-dawl tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, ma jobbligawx lill-awtorità kontraenti titlob kjarifika tal-offerta jekk din tal-aħħar għandha l-prova li l-kundizzjonijiet relatati mas-suġġett tal-kuntratt ma jkunux sodisfatti?
(3)
Dispożizzjoni ta’ dritt intern li tipprovdi li l-kummissjoni stabbilita għall-finijiet ta’ evalwazzjoni tal-offerti tista’ biss titlob bil-miktub lill-parteċipanti iċċaraw l-offerta hija kompatibbli mal-Artikoli 51 u 2 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] fil-verżjoni tagħha applikabbli fiż-żmien tal-fatti?
(4)
Il-pożizzjoni tal-awtorità kontraenti li tikkonsisti fl-affermazzjoni li ma huwiex kompitu tagħha titlob lill-offerent jispjega prezz anormalment baxx hija konformi mal-Artikolu 55 tad-Direttiva 2004/18/KE inkwantu, abbażi tal-ifformular tad-domanda indirizzata mill-awtorità kontraenti lir-rikorrenti rigward il-prezz anormalment baxx, l-ewwel u t-tieni rikorrenti kellhom il-possibbiltà jispjegaw b’mod suffiċjenti l-kompożizzjoni tal-offerta ppreżentata?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
Full & Egal Universal Law Academy