5.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-23 ta’ Diċembru 2010 — Insinööritoimisto InsTiimi Oy
(Kawża C-615/10)
2011/C 72/23
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiz
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Insinööritoimisto InsTiimi Oy
Konvenut: Puolustusvoimat
Domanda preliminari
Id-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], fid-dawl tal-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva, tal-Artikolu 346(1)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-lista ta’ armi, munizzjon u materjal tal-gwerra addottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-15 ta’ April 1958, tapplika għal kuntratt li, barra minn dan, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva, meta skont l-awtorità kontraenti, il-materjal li huwa s-suġġett ta’ dan il-kuntratt huwa intiż għal finijiet speċifikament militari, iżda jeżistu wkoll applikazzjonijiet tekniċi ta’ użu essenzjalment simili fis-suq ċivili?
(1) ĠU L 134, p. 114
Full & Egal Universal Law Academy