5.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen (l-Isvezja) fis-27 ta’ Diċembru 2010 — Migrationsverket vs Nurije Kastrati, Valdrina Kastrati, Valdrin Kastrati
(Kawża C-620/10)
2011/C 72/26
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen (l-Isvezja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Migrationsverket.
Konvenuti: Nurije Kastrati, Valdrina Kastrati, Valdrin Kastrati.
Domandi preliminari
(1)
Fid-dawl, b’mod partikolari, ta’ dak li jipprevedi l-Artikolu 5(1) tiegħu, u/jew tan-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-tmiem tar-responsabbilità sabiex tiġi eżaminata applikazzjoni għall-ażil minbarra t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(5), u l-Artikolu 16(3) u (4), ir-Regolament Nru 343/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-irtirar ta’ applikazzjoni għall-ażil jaffettwa l-possibbiltà tal-applikazzjoni tiegħu?
(2)
L-istadju ta’ trattament tal-applikazzjoni għall-ażil li fih isir l-irtirar ta’ dik it-talba jaffettwa r-risposta għall-ewwel domanda?
Full & Egal Universal Law Academy