12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Rémi Paquot vs État Belge — SPF Finances
(Kawża C-622/10)
2011/C 80/24
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Namur
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Rémi Paquot
Konvenut: L-Istat Belġjan — SPF Finances
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 6 tat-Titolu I “Dispożizzjonijiet Komuni” tat-Trattat ta’ Lisbona tat-13 ta’ Diċembru 2007 li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u fis-seħħ mill-1 ta’ Diċembru 2009 (li jirriproduċi fil-parti l-kbira tagħhom id-dispożizzjonijiet li jinsabu taħt l-Artikolu 6 tat-Titolu I tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, li min-naħa tiegħu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993) kif ukoll l-Artikolu 234 (ex 177) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat KE) tal-25 ta’ Marzu 1957, minn naħa, u/jew l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, min-naħa l-oħra, jipprekludu li dispożizzjonijiet legali nazzjonali, f’dan il-każ dik tal-Artikolu 9(2) tal-Liġi Belġjana tas-6 ta’ Jannar 1989 dwar il-Cour d’arbitrage (Qorti tal-arbitraġġ) [fil-preżent imsejħa Cour constitutionnelle (Qorti kostituzzjonali)] jimponu fuq il-qrati nazzjonali l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi mogħtija minn qorti superjuri tad-dritt nazzjonali (f’dan il-każ mill-Cour constitutionnelle imsemmija iktar ’il fuq) fuq rikorsi għall-annullament ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt intern li jitressqu quddiemha, meta dawn ir-rikorsi jkunu bbażati fuq ksur tad-dispożizzjonijiet derivanti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea applikabbli b’mod dirett u prijoritarju fis-sistema legali interna?
(2)
L-Artikolu 6 tat-Titolu I “Dispożizzjonijiet Komuni” tat-Trattat ta’ Lisbona tat-13 ta’ Diċembru 2007 li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u fis-seħħ mill-1 ta’ Diċembru 2009 (li jirriproduċi fil-parti l-kbira tagħhom id-dispożizzjonijiet li jinsabu taħt l-Artikolu 6 tat-Titolu I tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, li min-naħa tiegħu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993) kif ukoll l-Artikolu 234 (ex 177) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat KE) tal-25 ta’ Marzu 1957, minn naħa, u/jew l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, min-naħa l-oħra, jipprekludu li dispożizzjonijiet legali nazzjonali, f’dan il-każ dawk tal-Artikolu 26(4) tal-Liġi Belġjana tas-6 ta’ Jannar 1989 dwar il-Cour d’arbitrage (Qorti tal-arbitraġġ) [fil-preżent imsejħa Cour constitutionnelle (Qorti kostituzzjonali)], kif emendata bil-liġi tat-12 ta’ Lulju 2009, moqrija b’mod separat jew flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 9(2) tal-imsemmija liġi speċjali tas-6 ta’ Jannar 1989, jimponu fuq il-qrati nazzjonali l-obbligu li jressqu quddiem qorti superjuri tad-dritt nazzjonali (f’dan il-każ il-Cour constitutionnelle imsemmija iktar ’il fuq), kull domanda preliminari dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet derivanti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea applikabbli b’mod dirett u prijoritarju fis-sistema legali interna, meta dawn id-dispożizzjonijiet ikunu riprodotti wkoll fil-Kostituzzjoni nazzjonali u meta l-qrati msemmija jippreżumu li dawn id-dispożizzjonijiet huma miksura fil-kuntest tal-ilmenti li jitressqu quddiemhom, liema ħaġa twassal sabiex il-qrati msemmija jiġu pprivati mill-possibbiltà li japplikaw id-dritt tal-Unjoni Ewropea b’mod immedjat, għall-inqas fil-każ fejn l-imsemmija qorti superjuri tkun diġà ddeċidiet fuq domanda identika?
Full & Egal Universal Law Academy