Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 2010 – Torresan vs UASI
(Kawża C‑5/10 P-R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Appell – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenza appellata – Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali CANNABIS – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Urġenza”
Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 14-17, 20, 21)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009, Torresan vs UASI (T‑234/06), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza (li saret il-Qorti Ġenerali) ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 517/2005-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Kolsterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG u Giampietro Torresan.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy