Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2011 – Torresan vs UASI
(Kawża C-5/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Trade mark verbali CANNABIS – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(1)(ċ))”
1. Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ), u 51(1)(a)) (ara l-punti 45-50)
2. Appell – Aggravji – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (ara l-punti 85, 86)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) (li issa saret “il-Qorti Ġenerali”], tad-19 ta’ Novembru 2009, Torresan vs UASI (T‑234/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 517/2005-2), dwar proċediment għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Klosterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG u Giampietro Torresan.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
G. Torresan huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy