Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2012 — Klosterbrauerei Weissenohe vs Torresan
(Kawża C-5/10 P-DEP)
“Intaxxar tal-ispejjeż”
1. Proċedura ġudizzjarja — Spejjeż — Intaxxar — Spejjeż li jistgħu jinġabru — Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 73(b)) (ara l-punti 12, 13, 20, 27)
2. Proċedura ġudizzjarja — Spejjeż — Intaxxar — Spejjeż li jistgħu jinġabru — Intervent ta’ diversi avukati — Inklużjoni — Kundizzjonijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 73(b)) (ara l-punt 24)
Suġġett
Rikors għal intaxxar tal-ispejjeż wara d-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla), tas-16 ta’ Mejju 2011, fil-Kawża C-5/10 P, Torresan vs UASI.
Dispożittiv
L-ammont totali tal-ispejjeż li G. Torresan għandu jirrimborsa lil Klosterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG huwa ffissat għas-somma ta’ EUR 4 500.
Full & Egal Universal Law Academy