Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010 – REWE-Zentral vs UASI
(Kawża C‑22/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Clina – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLINAIR – Rifjut tar-reġistrazzjoni – Raġuni relattiva għal rifjut – Eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b)”
1. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 32)
2. Appell – Aggravji – Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punt 36)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) tal-11 ta’ Novembru 2009 (Is-Sitt Awla), REWE-Zentral vs UASI (T‑150/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Frar 2008, li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “Clina” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassijiet 3 u 21, u li laqgħet l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali preċedenti “CLINAIR” – Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks – Nuqqas li ssir evalwazzjoni globali tal-fatturi rilevanti fil-kuntest tal-eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
REWE-Zentral AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy