Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Mejju 2010 – Hansen vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑26/10 P)
“Appell – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Talba sabiex tinbeda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mill-Kummissjoni – Talba sabiex tingħata ordni lill-Kummissjoni – Adozzjoni ta’ miżuri intiżi sabiex jiżguraw it-trattament ugwali fil-qasam tal-impjiegi għal persuni b’diżabbiltà – Inammissibbiltà manifesta tal-appell”
Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-inċiż (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 112(1)) (ara l-punti 7-11)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Novembru 2009, Hansen vs Il-Kummissjoni (T-295/09), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) ċaħdet bħala manifestament inammissibbli rikors intiż sabiex jikkonstata n-nuqqas tal-Kummissjoni inkwantu din naqset milli tibda proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 226 KE kontra r-Renju tal-Isvezja u sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata teżerċita d-dritt ta’ inizjattiva tagħha, tieħu miżuri u tappoġġja l-inizjattivi maħsuba sabiex jippromwovu d-dritt tal-persuni b’diżabbiltà għal trattament ugwali u għal nondiskriminazzjoni fil-ħajja professjonali.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
P. I. Hansen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy