Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2010 – Bayramoglu vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża C-28/10 P)
“Appell – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Talbiet irregolari – Inammissibbiltà manifesta”
1. Appell - Aggravji - Talbiet li ma humiex intiżi għall-annullament totali jew parzjali tad-deċiżjoni kkontestata - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà manifesta (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 113(1) u (2)) (ara l-punti 12-18)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009, Bayramoglu vs Il-Parlament u Il-Kunsill (T-110/09), li permezz tiegħu, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, abbażi ta’ inammissibbiltà manifesta, rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/511/KE, tal-10 ta’ Ġunju 2004, li tikkonċerna r-rappreżentanza tal-poplu ta’ Ċipru fil-Parlament Ewropew fil-każ ta’ ftehim dwar il-problema ta’ Ċipru - Rikors tardiv.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
M. Bayramoglu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy