Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 – Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI
(Kawża C-56/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Trade marks figurattivi 100 u 300 – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) – Karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 38(2) – Dikjarazzjoni li ma jiġix invokat dritt esklużiv fuq element ta’ trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni li ma huwiex ta’ karattru distintiv (‘disclaimer’)”
1. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Sovrappożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tar-raġunijiet indikati fl-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (ċ)) (ara l-punt 29)
2. Trade mark Komunitarja - Effetti tat-trade mark Komunitarja - Limitazzjonijiet - Artikolu 12(b) tar-Regolament Nru 40/94 - Suġġett - Nuqqas ta’ influwenza determinanti fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(ċ) ta’ dan ir-regolament (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1(1)(ċ) u 12(b)) (ara l-punt 58)
3. Trade mark Komunitarja - Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punt 65)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”) (It-Tieni Awla), tad-19 ta’ Novembru 2009, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (T‑425/07 u T‑426/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet iż-żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Diċembru 2006 (Każijiet R 1274/2006-4 u R 1275/2006-4), dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali 100 u 300 bħala trade marks Komunitarji - Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ), kif ukoll tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif issostitwit bir-Regolament tal Kunsill (KE) Nru°207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) - Karattru deskrittiv ta’ trade marks ikkostitwiti esklużivament minn ċifri.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy