Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010 – European Renewable Energies Federation vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda C-74/10 P u C-75/10 P)
“Appell – Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rappreżentazzjoni ta’ parti minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz – Inammissibbiltà manifesta”
1. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 41-42)
2. Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Rikors ippreżentat mingħajr il-patronċinju ta’ avukat (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 19) (ara l-punti 51-54)
Suġġett
Appelli mid-digrieti tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tad-19 ta’ Novembru 2009, fil-Kawżi T-94/07 u T-40/08, European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament inammissibbli rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4963 finali, tal-24 ta’ Ottubru 2006, li tiddikjara li ċerti sorsi tal-finanzjament użati mill-kumpannija TVO għall-kostruzzjoni ta’ reattur nukleari fil-Finlandja (“proġett Olkiluoto 3”) ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat (T-94/07) u rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4323 finali, tal-25 ta’ Settembru 2007, li tiddikjara li l-garanzija mogħtija minn Franza, permezz tal-Compagnie française d’assurance fir-rigward tal-kummerċ estern, li tkopri faċilità ta’ self mogħtija lill-kumpannija Teollisuuden Voima Oy, fil-kuntest tal-bini ta’ reattur nukleari fil-Finlandja (“proġett Olkiluoto 3”) ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (T‑40/08) – Rappreżentazzjoni minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz
Dispożittiv
1)
L-appelli huma miċħuda.
2)
European Renewable Energies Federation ASBL hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy