Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2010 – Longevity Health Products vs UASI
(Kawża C‑84/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Sinjal verbali ‘Kids Vits’ – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja VITS4KIDS – Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Dritt għal smigħ”
1. Appell - Rekwiżiti proċedurali - Prova tar-redazzjoni regolari tal-mandat tal-avukat minn rappreżentat ikkwalifikat - Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 38(5)(b) u 112(1)) (ara l-punt 19)
2. Trade mark Komunitarja - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Kawża mressqa quddiem il-qorti Komunitarja - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali -Awtorizzazzjoni sabiex tiġi ppreżentata replika - Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(2)) (ara l-punt 24)
3. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 30)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2009, Longevity Health Products vs UASI - Merck (Kids Vids) (T-484/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008, li tiċħad ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “Kids Vits” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassi 5, billi tilqa’ l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali preċedenti “VITSS4KIDS” - Ksur tad-dritt għal smigħ quddiem qorti - Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy