Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010 – VAV-Autovermietung vs Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane Zuid, kantoor Roosendaal
(Kawża C‑91/10)
“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Artikoli 49 KE sa 55 KE – Vetturi bil-mutur – Użu fi Stat Membru ta’ vettura bil-mutur irreġistrata u mikrija fi Stat Membru ieħor – Taxxa fuq din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta ntużat għall-ewwel darba fin-netwerk nazzjonali tat-toroq”
Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet (Artikoli 49 KE sa 55 KE) (ara l-punt 30 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Rechtbank Breda - Interpretazzjoni tal-Artikoli 56 TFUE sa 62 TFUE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal ġbir ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni meta l-vettura tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk nazzjonali tat-toroq.
Dispożittiv
L-Artikoli 49 KE sa 55 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha, persuna li tirresjedi jew li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor li tuża f’dan l-Istat Membru vettura bil-mutur irreġistrata u mikrija fi Stat Membru ieħor għandha, meta tuża din il-vettura għall-ewwel darba fin-netwerk nazzjonali tat-toroq tal-ewwel Stat Membru, tħallas it-totalità ta’ taxxa, fejn il-bilanċ, ikkalkolat permezz tad-dewmien tal-użu tal-imsemmija vettura f’dan in-netwerk huwa rrimborsat, mingħajr interessi, wara li jintemm dan l-użu.
Full & Egal Universal Law Academy