Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 – Frăsina Bejan vs Tudorel Muşat
(Kawża C‑102/10)
“Regoli tal-Proċedura – Artikoli 92(1), 103(1) u l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 104(3) – Approssimazzjoni tal-liġijiet – Sistema ta’ assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili tal-karozzi – Kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiv – Inapplikabbiltà”
1. Unjoni Ewropea - Kompetenzi ta’ attribuzzjoni - Konsegwenzi fir-rigward tal-influwenza tad-dritt tal-Unjoni fuq is-soluzzjoni tal-kawżi quddiem il-qrati nazzjonali (Artikolu 5(2) TUE) (ara l-punt 29)
2. Approssimazzjoni tal-liġijiet - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-karozzi - Direttivi 72/166, 84/5, 90/232, 2000/26 u 2005/14 - Determinazzjoni tal-iskema ta’ responsabbiltà ċivili applikabbli għall-inċidenti li jirriżultaw miċ-ċirkulazzjoni tal-vetturi - Kuntrtatt ta’ assigurazzjoni fakultattiv (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/26 u 2005/14; Direttivi tal-Kunsill 72/166, 84/5 u 90/232) (ara l-punt 36, u d- dispożittiv 1)
3. Approssimazzjoni tal-liġijiet - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-karozzi - Direttivi 72/166, 84/5, 90/232, 2000/26 u 2005/14 - Determinazzjoni tal-iskema ta’ responsabbiltà ċivili applikabbli għall-inċidenti li jirriżultaw miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi - Kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiv (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/26 u 2005/14; Direttivi tal-Kunsill 72/166, 84/5 u 90/232) (ara l-punt 37, u d-dispożittiv 2)
4. Moviment liberu tal-persuni - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-karozzi - Kuntrtatt ta’ assigurazzjoni fakultattiv (Artikolu 49 TFUE u 56 TFUE) (ara l-punt 46, u d-dispożittiv 3)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Judecătoria Focşani - Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 TFUE, 56 TFUE, 57 TFUE, tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 59 TFUE, tal-Artikolu 169 TFUE u tad-Direttivi 84/5/KEE dwar l‑approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, tat-30 ta’ Diċembru 1983 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3), 92/49 KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja [fuq il-ħajja], tat-18 ta’ Ġunju 1992 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346), 93/13/KE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, tal-5 ta’ April 1993 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), 2005/14/KE dwar l-assigurazzjoni kontra r‑responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, tal-11 ta’ Mejju 2005, (ĠU L 149 tal-11 ta’ Ġunju 2005, p. 14) u 2009/103/KE dwar l‑assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 263, p. 11) - Asssigurazzjoni għal responsabbilità ċivili tal-karozzi - Danni kkawżati minn vetturi assigurati - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi klawżoli ta’ esklużjoni sfavorevoli għall-konsumaturi - Kundizzjonijiet ta’ esklużjoni lil hinn minn dawk ipprovduti mid-direttivi - Possibbiltà għall-qorti nazzjonali li tinvoka n-nullità ta’ klawżola ta’ esklużjoni tar-riskju assigurat.
Dispożittiv
1)
Is-sistema ta’ assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur stabbilita minn
– id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l‑approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà,
– it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l‑approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur,
– it-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l‑approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur
– id-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l‑assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE u 88/357/KEE (Ir‑raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi), u
– id-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur,
ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-assiguratur jeskludi mill-kopertura ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiv ta’ vettura bil-mutur id-dannu kkawżat meta din il-vettura tinsaq minn persuna li tinsab taħt l-influwenza tal-alkoħol.
2)
Is-sistema ta’ assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur stabbilita mid-Direttivi 72/166, 84/5, 90/232, 2000/26 u 2005/14 ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma timponix fuq assiguratur li jħallas kumpens immedjatament, skont kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiv ta’ vettura bil-mutur, lill-assigurat li kien imweġġa’ wara inċident u li jiġi kkumpensat mill-persuna responsabbli għall-inċident fl-ammont ta’ kumpens imħallas lil dan l‑assigurat, f’ċirkustanzi fejn l-assigurazzjoni ma tkoprix ir-riskju minħabba klawżola ta’ esklużjoni.
3)
Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-assiguratur jeskludi mill-kopertura ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiva ta’ vettura bil-mutur id-danni kkawżati meta l-vettura tkun qed tinsaq minn persuna li tinsab taħt l‑influwenza tal-alkoħol tikkostitwixxi restrizzjoni kemm għal-libertà ta’ stabbiliment kif ukoll għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina sa liema punt din il-limitazzjoni tista’ madankollu tiġi ammessa skont l-eċċezzjonijiet espressament previsti mit-Trattat FUE jew hija ġġustifikata, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali.
Full & Egal Universal Law Academy