Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Settembru 2010 – Pérez Guerra vs BNP Paribas u Spanja
(Kawża C-142/10 P)
“Appell – Rikors ippreżentat minn persuna fiżika jew ġuridika kontra persuna fiżika jew ġuridika oħra u kontra Stat Membru – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti Ġenerali – Appell manifestament infondat”
Proċedura - Rikors ta’ persuna fiżika jew ġuridika intiż sabiex id-dritt tal-Unjoni jiġi osservat minn Stat Membru - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni - Inammissibbiltà (ara l-punti 3, 4)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2010, Guerra Pérez vs BNP Paribas u Spanja (T–3/10) li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet, minħabba inkompetenza manifesta, talba sabiex tiġi rikonoxxuta l‑proprjetà ta’ fondi tal-pensjoni u sabiex jinġabru l-ammonti allegatament dovuti għal dan il-għan.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
F. Pérez Guerra għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy