Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2010 – Uznański vs Il-Polonja
(Kawża C‑143/10 P)
“Appell – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors ippreżentat minn persuna fiżika jew ġuridika kontra Stat Membru – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Appell manifestament infondat”
1. Proċedura - Rikors ta’ persuna fiżika jew ġuridika dirett kontra Stat Membru intiż għall-annullament ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni (Artikoli 13(2) TUE u 263 TFUE) (ara l-punti 12, 13)
2. Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ Stat Membru - Kawża mressqa quddiem il-qrati tal-Unjoni mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru ieħor u kawża mressqa quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti minn kull persuna fiżika jew ġuridika - Nuqqas ta’ ksur tan-natura effettiva tal-protezzjoni ġudizzjarja (Artikolu 6 TUE) (ara l-punti 14, 15)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla), tas-27 ta’ Novembru 2009, Uznański vs Il-Polonja (T-348/09), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrent intiż għall-annullament ta’ att tal-awtoritajiet Pollakki ta’ konfiska ta’ ċerti beni immobbli - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Antoni Tomasz Uznański għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy