Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 – Goncharov vs UASI
(Kawża C-156/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Trade marks ikkostitwiti minn akronimi – Trade mark preċedenti DSB – Sinjal verbali ‘DSBW’ – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Raġuni relattiva għal rifjut – Eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh viżiv – Xebh fonetiku – Inammissibbiltà – Evalwazzjoni tal-fatti”
Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (it-tieni subparagrafu tal‑Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l‑punt 38)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010, Goncharov vs UASI - DSB (DSBW) (T‑34/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2006, li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas‑sinjal verbali “DSBW” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti servizzi fil‑klassijiet 39, 41 u 43 u li tilqa’ l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali preċedenti “DSB” - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni, matul l-eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, tal‑karatteristiċi partikolari tat-trade marks ikkostitwiti minn akronimi - Ksur tal‑Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
Dispozittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
K. Goncharov għandu jbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy