Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – Abt et vs Hypo Real Estate Holding
(Kawża C-194/10)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Rilevanza tad-domanda − Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”
Domandi preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Limiti - Domanda manifestament mingħajr rilevanza (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 36-39)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Landesarbeitsgericht München - Interpretazzjoni tal-Artikolu 297 KE u tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, p. 17) - Terminu ta’ sejħa għal-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija kkwotata fil-borża - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tibqax fis-seħħ wara d-dekorrenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-direttiva, li tipprovdi terminu għas-sejħa ta’ laqgħa ġenerali iqsar mit-terminu minimu previst mid-direttiva - Dispożizzjoni li tista’ tikkomprometti serjament ir-riżultat previst mid-direttiva, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li ċerti deċiżjonijiet tal-laqgħa ġenerali jibqgħu validi wara li jiġu rreġistrati fir-reġistru kummerċjali, anki fil-każ ta’ dikjarazzjoni ta’ nullità fit-tmiem ta’ proċeduri ġudizzjarji.
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi l-ewwel domanda preliminari magħmula mil-Landgericht München I.
Full & Egal Universal Law Academy