Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Novembru 2010 – Lufthansa AirPlus Servicekarten vs UASI
(Kawża C‑216/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikoli 8(1)(b) u (5), 73, 74 kif ukoll 79 – Trade mark figurattiva A+ – Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja AirPlus International – Oppożizzjoni miċħuda”
Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 - Portata identika għal dik tal-Artikolu 253 KE (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 73) (ara l-punti 39, 40)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-3 ta’ Marzu 2010, Lufthansa AirPlus Servicekarten vs UASI u Applus Servicios Tecnológicos (T-321/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament imressaq mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “AirPlus International”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36 u 42, kontra d-Deċiżjoni R 310/2006-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-7 ta’ Ġunju 2007, li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni ppreżentata mill-appellanti kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “A+”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 40, 41 u 42.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy