Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 – Centre de coordination Carrefour vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-254/10 P)
“Appell – Skema ta’ għajnuna favur ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju – Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament – Kunċett ta’ ‛interess ġuridiku’ – Awtorità ta’ res judicata”
Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 36-38)
Suġġett
Appell kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tat-18 ta’ Marzu 2010 - Centre de Coordination Carrefour SNC vs Il‑Kummissjoni (T‑94/08), li biha din tal-aħħar ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tar-rikorrenti għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/283/KE, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata mill-Belġju għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju u li temenda d-Deċiżjoni 2003/757/KE (ĠU 2008, L 90, p. 7) - Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament - Kunċett ta’ interess ġuridiku - Awtorità ta’ res judicata .
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Is-Centre de Coordination Carrefour SNC huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy