Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2011 – Rossius u Collard vs L-Istat Belġjan
(Kawżi magħquda C-267/10 u C-268/10)
“Artikolu 6(1) TUE – Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Żamma u bejgħ ta’ tabakk immanifatturat għat-tipjip – Dispożizzjonijiet nazzjonali li jawtorizzaw l-impożizzjoni tad-dazji tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja”
1. Domandi preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Limiti - Talba għall-interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni – Deċiżjoni nazzjonali li ma tikkostitwixxix miżura ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew li ma għandhiex elementi oħra ta’ rabta ma’ dan tal-aħħar - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Artikolu 6(1) TUE; Artikolu 267 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 51(1)) (ara l-punti 15, 16, 19)
2. Domandi preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Limiti - Eżami tal-kompatibbiltà tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni - Esklużjoni (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 24-31)
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari - Tribunal de première instance de Namur - Interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE u tal-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Kompatibbiltà, mal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ tabakk immanifatturat għat-tipjip, li huwa rrikonoxxut bħala prodott li jagħmel ħsara gravi - Validità, fid-dawl tan-normi ċċitati iktar ’il fuq, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jawtorizzaw l-impożizzjoni ta’ dazji tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk.
Dispożittiv
1)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) permezz tad-deċiżjonijiet tal-24 ta’ Marzu 2010.
Full & Egal Universal Law Academy