Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2011 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-289/10 P)
“Appell – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Sejħa għal offerti – Analiżi, żvilupp, manutenzjoni u sostenn ta’ sistemi telematiċi ta’ sorveljanza ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa – Ċaħda tal-offerta – Nuqqas ta’ motivazzjoni ta’ din iċ-ċaħda”
1. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 17, 18, 27, 28)
2. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58, Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punti 31, 63)
3. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 43, 44)
4. Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Għoti ta’ kuntratti - Kriterji ta’ għoti - Għażla mill-awtorità kontraenti - Kriterji mhux esklużivament kwantitattivi - Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 97(1) u (2) (ara l-punti 52, 54)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Marzu 2010 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-50/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Novembru 2004, li tiċħad l-offerta tal-appellanti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti dwar l-analiżi, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u s-sostenn ta’ sistemi telematiċi ta’ sorveljanza ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa kif ukoll tad-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy