Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 – Franssons Verkstäder vs UASI
(Kawża C-290/10 P)
“Appell – Rikors quddiem il-Qorti Ġenerali intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI – Regolament (KE) Nru 6/2002 – Terminu għall-preżentata tar-rikors – Inammissibbiltà minħabba dewmien – Appell manifestament infondat”
Proċedura - Termini - Dekadenza - Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 45) (ara l-punt 13)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tal-10 ta’ Mejju 2010, Franssons Verkstäder vs UASI (T‑98/10), li bih il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tad-disinn Komunitarju Nru 253778‑0001 (makkinarju li jaqta’ l-karfa), kontra d-deċiżjoni R 690/2007‑3 tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-22 ta’ Ottubru 2009, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità imressqa minn Lindner Recyclingtech - Termini għall-preżentata tal-appell - Inammissibbiltà manifesta.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Franssons Verkstäder AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy