Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Marzu 2011 – Claro vs UASI
(Kawża C‑349/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell – Nuqqas ta’ preżentata ta’ nota li tispjega r-raġunijiet tal-appell – Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Regola 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Appell manifestament infondat”
Trade mark Komunitarja - Proċedura tal-appell - Terminu u forma tal-appell - Preżentata fit-termini ta’ nota li tispjega r-raġunijiet - Kundizzjoni ta’ ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill 40/94, Artikolu 59; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 49) (ara l-punti 39-41)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tat-28 ta’ April 2010, Claro vs UASI u Telefónica (T-225/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Frar 2009 (Każ R 1079/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Telefónica, SA u BCP S/A.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Clara SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy