Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 – González Alonso vs Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros
(Kawża C-352/10)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Inammissibbiltà”
Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 92(1) u 103(1)) (ara l-punti 9-12, 18 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Audiencia Provincia de Oviedo - Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 262) - Kuntratt konkluż barra mil-lok tan-negozju intiż li joffri assigurazzjoni għall-ħajja inkambju għal ħlas fix-xahar ta’ primjum li jiġi investit f’diversi prodotti tal-istess impriża.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo, permezz ta’ deċiżjoni tat-22 ta’ Ġunju 2010, hija manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy