Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Marzu 2011 – Ravensburger vs UASI
(Kawża C-369/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Trade mark Komunitarja verbali MEMORY – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(1)(ċ)”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ) u 51(1)(a)) (ara l-punti 54-58)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tad-19 ta’ Mejju 2010, Ravensburger vs UASI (T‑108/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat kontra d-Deċiżjoni R 305/2008‑2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ Jannar 2009, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità tat-trade mark verbali “MEMORY”, għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28, fil-kuntest tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa minn Educa Borras.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ravensburger AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy