Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Diċembru 2010 – Almamet vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑373/10 P(R))
“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Ħlas ta’ multa – Garanzija bankarja – Ċaħda tat-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għan-nuqqas ta’ rkupru immedjat ta’ multa - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Evalwazzjoni fid-dawl tal-obbligu li fir-rikors għandhom jiġu esposti l-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tas-sospensjoni – Preżentata ta’ nota kumplimentari maħsuba sabiex tirrimedja l-insuffiċjenza tal-provi prodotti inizjalment - Inkompatibbiltà mal-proċeduri għal miżuri provviżorji (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 104(2) u 109) (ara l-punti 13, 14, 21)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni tan-nuqqas ta’ rkupru immedjat ta’ multa - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tal-grupp li tifforma parti minnu l-impriża u tal-azzjonisti tiegħu (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 17, 18)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2010, Almamet vs Il-Kummissjoni (T-410/09 R) - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni, mingħajr l-obbligu li tingħata garanzija bankarja, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Lulju 2009, relatata ma’ proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, li tikkonċerna akkordju fuq is-suq tat-trab u tal-granuli tal-karbur tal-kalċju, kif ukoll fuq is-suq tal-granuli tal-manjesju f’parti kbira miż-ŻEE, li jirrigwarda l-iffissar tal-prezzijiet, it-tqassim tas-swieq u l-iskambju tal-informazzjoni.
Disposittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Almamet GmbH Handel mit Spänen und Pulvern aus Metall hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy