Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2010 – Băilă vs Administraţia Finanţelor Publice a Minicipiului Craiova u Administraţia Fondului pentru Mediu
(Kawża C-377/10)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Nuqqas ta’ rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali – Inammissibbiltà”
Domandi preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Limiti - Domandi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92(1) u 103(1)) (ara l-punti 11-14 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunalul Dolj - Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra - Taxxa ambjentali li tapplika għall-vetturi bil-mutur fl-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fi Stat Membru partikolari - Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE - Eżenzjoni temporanja għall-vetturi li għandhom ċerti karatteristiċi.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Dolj, permezz ta’ deċiżjoni tad-9 ta’ Ġunju 2010, hija manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy