Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – Muñoz Arraiza vs UASI
(Kawża C-388/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikoli 8(1)(b), 43(2) u 44(1) – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RIOJAVINA – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja kollettiva figurattiva preċedenti RIOJA – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Probabbiltà ta’ konfużjoni”
1. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 31, 32)
2. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 51; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punt 74)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tad-9 ta’ Ġunju 2010, Muñoz Arraiza vs UASI - Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja (RIOJAVINA) (T-138/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Jannar 2009 (Każ R 721/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja u Félix Muñoz Arraiza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
F. Muñoz Arraiza huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy