Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Marzu 2011 – Herhof vs UASI
(Kawża C-418/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Trade mark preċedenti STABILAT – Sinjal figurattiv ‘stabilator’ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti u servizzi”
1. Trade mark Komunitarja - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell - Stħarriġ tal-klassifikazzjoni ġuridika mogħtija lill-fatti tal-kawża - Inklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 63) (ara l-punti 47, 48)
2. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament - Aggravju bbażat fuq l-iżnaturament tal-fatti (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 66, 67)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010, Herhof vs UASI - Stabilator (T-60/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali STABILAT, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 7, 11, 20, 37, 40 u 42, kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Diċembru 2008, li tiċħad l-oppożizzjoni tiegħu mressqa kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva stabilator, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19, 37 u 42 - Evalwazzjoni żbaljata tax-xebh tas-servizzi koperti mit-trade marks inkwistjoni - Ksur tad-dritt għal smigħ.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy