Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2011 – X Technology Swiss vs UASI
(Kawża C‑429/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Sinjal li jikkonsisti fl-għoti parzjali ta’ kulur lil prodott – Għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta’ kalzetta – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(1)(b)”
Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58(1)) (ara l-punt 41)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2010, X Technology Swiss vs UASI (T-547/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ottubru 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li jirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal li jikkonsisti fl-għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta’ kalzetta bħala trade mark Komunitarja għal prodotti fil-klassi 25 - Karattru distintiv ta’ sinjal li jikkonsisti fl-għoti ta’ kulur parzjali lil prodott.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
X Technology Swiss GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy