Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2010 – Ioan Anghel vs Direcţia Generală a Finanţelor Publice Bacău u Administraţia Finanţelor Publice Bacău
(Kawża C-441/10)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kuntest fattwali – Inammissibbiltà”
Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92(1) u 103(1)) (ara l-punti 9-12 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Curtea de Apel Secţia Bacău Secţia Comercială, Contencios Administrativ şi Fiscal - Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra - Taxxa ambjentali li taffettwa l-vetturi bil-mutur meta jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fi Stat Membru - Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE - Diskriminazzjoni meta mqabbla mal-vetturi użati diġà rreġistrati fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru u mhux suġġetti għall-imsemmija taxxa waqt bejgħ sussegwenti jew reġistrazzjoni ġdida.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău, permezz ta’ deċiżjoni tal-1 ta’ Settembru 2010, hija manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy