Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla ) tas-6 ta’ Ottubru 2011 – ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda C‑448/10 P sa C-450/10 P)
“Appell – Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika – Estensjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Kunċett ta’ ‘vantaġġ’ – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali – Żnaturament – Kunċett – Appell manifestament inammissibbli u manifestament infondat”
1. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 32, 34, 46)
2. Appell - Aggravji - Żnaturament tad-dritt nazzjonali kkunsidrat bħala prova - Ammissibbiltà (ara l-punt 33)
3. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58, Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-punt (ċ) tal-Artikolu 112) (ara l-punti 62, 66, 67)
Suġġett
Appell mis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010, ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni vs Il-Kummissjoni (T‑62/08), Cementir Italia vs Il-Kummissjoni (T‑63/08) u Nuova Terni Industrie Chimiche vs Il‑Kummissjoni (T‑64/08) li bihom il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/308/KE, tal-20 ta’ Novembru 2007, dwar l-għajnuna tal-Istat C 36/A/06 (ex NN 38/06) implementata mill-Italja favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche (ĠU 2008 L 144, p. 37)
Dispożittiv
1)
L-appelli huma miċħuda.
2)
ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni SpA, Cementir Italia Srl u Nuova Terni Industrie Chimiche SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy