Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ April 2011 – Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża C-460/10 P)
“Appell – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Rappreżentazzjoni tar-rikorrent – Avukat mhux inkarigat – Notifika ta’ appell – Talba għad-danni – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Ċaħda – Rikors għal annullament – Dannu allegatament subit – Rikors għad-danni – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
1. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 28, 29, 45)
2. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 32, 36, 38)
3. Proċedura - Miżuri istruttorji - Smigħ ta’ xhieda - Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 66(1)) (ara l-punti 49-51)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tas-6 ta’ Lulju 2010, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (T‑401/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet, minn naħa, it-talba għall-annullament tal-allegati deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li jiċħdu t‑talba għall-kumpens għad-dannu li jirriżulta minn allegata irregolarità mwettqa matul in‑notifika tal-appell lil L. Marcuccio fil-kuntest tal‑Kawża T‑20/09 P u, min‑naħa l‑oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Luigi Marcuccio huwa kkundanat għall-ispejjeż tal-appell.
Full & Egal Universal Law Academy