Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2012 — Evropaïki Dynamiki vs AEE
(Kawża C‑462/10 P)
“Appell — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar it-teknoloġija tal-informatika — Ċaħda tal-offerta — Deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor — Kriterji ta’ għażla u ta’ għoti — Konfużjoni tal-kriterji — Kunsiderazzjoni tal-kriterji — Kopja integrali tar-rapport ta’ evalwazzjoni — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni”
1. Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 19, 30, 31, 47)
2. Appell — Aggravji — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tar-rifjut tal-Qorti Ġenerali li tordna miżuri istruttorji — Portata (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 66(1)) (ara l-punti 21-23)
3. Appell — Aggravji — Kontestazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali u mhux tas-sentenza mogħtija minn din tal-aħħar — Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 36, 37)
4. Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Obbligu li jiġu kkomunikati, fuq talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relatati mal-offerta magħżula kif ukoll l-isem ta’ dak li ntgħażel — Obbligu, għall-awtorità kontraenti, li tipprovdi analiżi komparattiva dettaljata tal-offerta magħżula u tal-offerta tal-offerent li ma ntgħażilx — Assenza — Aggravju manifestament infondat (Artikolu 256 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 39, 40, 44)
5. Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punt 47)
6. Appell — Aggravji — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 57)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 — Evropaïki Dynamiki vs EEA (T‑331/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, tal-14 ta’ Settembru 2006, li ċaħdet l-offerta tal-appellanti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EEA/IDS/06/002, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar it-teknoloġija fl-informatika (ĠU 2006/118-125101), kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor — Kriterji ta’ għoti — Żball ta’ evalwazzjoni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy