Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2010 – Platis vs Il-Kunsill u Il-Greċja
(Kawża C‑513/10 P)
“Appell – Rikors għal annullament – Regolamenti tal-Kunsill li jirrigwardaw dispożizzjonijiet dwar l-introduzzjoni tal-Euro – Atti leġiżlattivi nazzjonali li jirrigwardaw dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti – Inammissibbiltà manifesta tar-rikors – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti Ġenerali – Appell parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura”
1. Rikors għal annullament - Termini - Natura ta’ ordni pubbliku - Bidu ta’ dekorrenza - Data tal-pubblikazzjoni tal-att inkwistjoni - Att li jkompli jipproduċi effetti - Nuqqas ta’ effett (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 45; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 81(1) u (2) (ara l-punti 8, 9))
2. Proċedura - Rikors ta’ persuna fiżika jew ġuridika intiż li jiġi kkonstatat ksur tad-dritt tal-Unjoni minn Stat Membru - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-qorti tal-Unjoni - Inammissibbiltà (Artikoli 258 TFUE, 259 TFUE u 267 TFUE) (ara l-punti 13-15)
3. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punt 18)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010, Platis vs Il-Kunsill u Il-Greċja (T-311/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament ta’ diversi regolamenti tal-Kunsill, adottati fl-1997, 1998, 1999 u 2000, li jistabbilixxu ċerti dispożizzjonijiet dwar l-introduzzjoni tal-Euro, id-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ muniti tal-Euro intiżi għaċ-ċirkulazzjoni, u r-rata ta’ konverżjoni bejn l-Euro u l-muniti tal-Istati Membri li jadottaw l-Euro, kif ukoll l-annullament tal-Liġijiet nazzjonali 2842/2000 u 2948/2001, li jittrasponu r-regolamenti kkontestati fl-ordinament ġuridiku Grieg - Inammissibbiltà manifesta - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
D. Platis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy