Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 – Grúas Abril Asistencia vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-521/10 P)
“Appell – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Allegat ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni – Talba intiża sabiex il-Kummissjoni tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra Stat Membru”
1. Appell - Aggravji - Aggravju intiż sabiex tiġi kkritikata d-deċiżjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikors adottata mill-Qorti Ġenerali - Ammissibbiltà irrispettivament mill-argument żviluppat quddiem il-Qorti Ġenerali (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punt 25)
2. Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Esklużjoni (Artikoli 226 KE u 230 KE) (ara l-punt 29)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Awwissu 2010, Grúas Abril Asistencia vs Il-Kummissjoni (T‑386/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Awwissu 2009 li biha informat lir-rikorrenti li l-fatti li fir-rigward tagħhom hija ressqet ilment quddiemha ma jippermettux li jiġi konkluż ksur tal-Artikoli 81 KE, 82 KE u 86 KE u li ma hija ser tieħu ebda azzjoni fir-rigward tal-ilment tagħha.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Grúas Abril Asistencia, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy