Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Marzu 2011 – Noko Ngele vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-525/10 P)
“Appell – Terminu – Inammissibbiltà – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura”
Proċedura - Termini ta’ appell - Appell - Tardività - Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 56; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 81(2)) (ara l-punti 4-8)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2009, Noko Ngele vs Il-Kummissjoni (T-390/90), li bih ġiet miċħuda t-talba tar-rikorrent għal kumpens tad-dannu subit minnu wara l-aġir allegatament illegali ta’ membru tal-Kummissjoni u ta’ ċerti membri tal-persunal ta’ din l-istituzzjoni - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-dokument prinċipali tal-proċess - Prinċipju ta’ smigħ xieraq - Nullità ta’ ordni pubbliku
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Noko Ngele għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy