Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Diċembru 2010 – Noko Ngele vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑526/10 P(R))
“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tad-drittijiet tad-difiża – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
Appell - Aggravji - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragraftu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 14-16)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tat-8 ta’ Settembru 2010, Noko Ngele vs Il‑Kummissjoni (T‑15/10 R II), li permezz tiegħu ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għal miżuri provviżorji tar-rikorrent intiża sabiex jiġi ddikkjarat illegali l-proċess verbali tal-Kummissjoni (2009) 1874 finali, tas-27 ta’ Mejju 2009, dwar id-deċiżjoni tagħha li tagħti għajnuna legali lil wieħed mill-ex membri tagħha u lil diversi membri tal-persunal tagħha - Ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tad-drittijiet tad-difiża - Kunflitt ta’ interess manifest.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Noko Ngele għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy