Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2011 – Nencini vs Il-Parlament
(Kawża C-530/10 P(R))
“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membru tal-Parlament Ewropew – Irkupru ta’ allowances imħallsa bħala rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari u tal-ivvjaġġar – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Appell - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Talba dwar atti redatti f’lingwa oħra li ma hijiex dik tad-destinatarju - Sostituzzjoni ta’ atti kontenzjużi b’atti essenzjalment identiċi dwar il-mertu, iżda redatti f’lingwa oħra - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Assenza (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83) (ara l-punti 16-19)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba - Preżentata ta’ noti komplementari bl-għan li jiġu rrimedjati nuqqasijiet - Inkompatibbiltà mal-proċeduri għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 28-31, 37)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2010, Nencini vs Il‑Parlament (T‑431/10 R), li tiċħad it-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ diversi atti tal-Parlament dwar l-irkupru ta’ ħlasijiet indebiti ta’ allowances Parlamentari.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
R. Nencini huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy