Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2011 – adp Gauselmann vs UASI
(Kawża C-532/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Trade mark figurattiva Archer Maclean’s Mercury – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali Merkur”
Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 31)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tad-9 ta’ Settembru 2010, adp Gauselmann vs UASI (T‑106/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “Merkur”, għal prodotti fil-klassijiet 6, 9, 28, 35, 37, 41 u 42, kontra d-deċiżjoni R 1266/2007‑1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-12 ta’ Jannar 2009, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mir-rikorrenti kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “Archer Maclean’s Mercury”, għal prodotti fil-klassijiet 9, 16 u 28 - Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
adp Gauselmann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy