Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2011 – MPDV Mikrolab vs UASI
(Kawża C-536/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Sinjal verbali ‘ROI ANALYZER’”
Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 26, 27)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2010 - MPDV Mikrolab vs UASI (T‑233/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “ROI ANALYZER” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 9, 35 u 42 - Karattru distintiv tat-trade mark.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.
2)
MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy