Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 – Lebrun u Howet vs État belge
(Kawża C‑538/10)
“Artikoli 92(1), 103(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Talba għal deċiżjoni preliminari – Eżami tal-konformità ta’ regola nazzjonali kemm mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mal-Kostituzzjoni nazzjonali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għan-natura prijoritarja ta’ proċedura inċidentali ta’ stħarriġ tal-kostituzzjonalità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Neċessità ta’ relazzjoni mad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
1. Domandi preliminari - Rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja - Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonferixxi natura prijoritarja lil proċedura inċidentali nazzjonali ta’ stħarriġ tal-kostituzzjonalità - Inammissibbiltà - Kundizzjoni (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punt 16)
2. Domandi preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Limiti - Talba għall-interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni – Suġġett tal-kawża nazzjonali li ma għandu ebda rabta mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Artikolu 267 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 17, 47 u 51(1)) (ara l-punti 17-20)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunal de première instance de Liège - Interpretazzjoni tal-Artikoli 6 TUE, 267 TFUE u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Azzjoni preliminari obbligatorju quddiem il-Cour Constitutionnelle mill-qrati nazzjonali f’każ ta’ ksur preżunt tad-drittijiet fundamentali minn liġi nazzjonali - Konformità, mad-dritt tal-Unjoni, tad-dispożizzjoni nazzjonali li timponi din l-azzjoni preliminari - Possibbiltà, għall-qrati nazzjonali, li jeżerċitaw stħarriġ tal-konformità tal-liġijiet nazzjonali mat-trattati internazzjonali meta l-qorti kostituzzjonali tkun iddikkjarat il-liġi nazzjonali inkwistjoni kompatibbli mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Kostituzzjoni.
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju).
Full & Egal Universal Law Academy