Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Marzu 2011 – Transportes y Excavaciones J. Asensi vs Spanja
(Kawża C-540/10)
“Rikors ippreżentat minn persuna fiżika jew ġuridika kontra Stat Membru – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
Proċedura - Rikors ta’ persuna fiżika jew ġuridika ippreżentat kontra Stat Membru u intiż għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu minn dan l-Istat tad-dritt tal-Unjoni, sabiex dan l-Istat jiġi kkundannat jemenda l-leġiżlazzjoni interna tiegħu jew sabiex tinkiseb sospensjoni ta’ deċiżjoni mogħtija f’waħda mill-qrati tiegħu - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-qorti tal-Unjoni - Inammissibbiltà (Artikolu 13(2) TUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 92(1)) (ara l-punti 5, 6)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Traspożizzjoni inkorretta, mir-Renju ta’ Spanja, tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248) - Rikors ippreżentat minn individwu.
Dispożittiv
1)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija manifestament mingħajr ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ dan ir-rikors.
2)
Transportes y Excavaciones J. Asensi SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy