Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Settembru 2011 – Quinta do Portal vs UASI
(Kawża C-541/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(1)(b) – Trade mark Komunitarja verbali PORTO ALEGRE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VISTA ALEGRE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark”
Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ) (ara l-punt 41)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010 - Quinta do Portal vs UASI - Vallegre (T-369/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1012/2008‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Vallegre, Vinhos do Porto, SA u Sociedade Quinta do Portal, SA
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Quinta do Portal SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy