Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2011 – Wilfer vs UASI
(Kawża C-546/10 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Sinjal figurattiv li jirrappreżenta l-parti ta’ fuq ta’ kitarra – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Eżami ex officio tal-fatti – Artikoli 7(1)(b) u 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Ammissibbiltà ta’ provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali – Ugwaljanza fit-trattament”
1. Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ appell - Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell - Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali ta’ provi marbuta ma’ fatti li ma ġewx ippreżentati qabel quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 63 u 74(1)) (ara l-punt 41)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv - Trade mark figurattiva kkostitwita mir-rappreżentazzjoni bidimensjonali ta’ prodott - Karattru distintiv - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 58, 59)
3. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 62, 64)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010, Wilfer vs UASI (T‑458/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Lulju 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta l-parti ta’ fuq ta’ kitarra ta’ kulur il-fidda, griż u kannella bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 9 u 15 - Karattru distintiv ta’ sinjal figurattiv ikkostitwit mir-rappreżentazzjoni bidimensjonali ta’ parti minn prodott.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
H-P. Wilfer huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy