Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2011 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑560/10 P)
“Appell – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Ġestjoni u manutenzjoni tal-portal “L-Ewropa tiegħek” – Ċaħda tal-offerta – Regolamenti (KE, Euratom) Nri 1605/2002 u 2342/2002 – Kopja sħiħa tar-rapport ta’ evalwazzjoni – Prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament – Drittijiet għal amministrazzjoni tajba u għal smigħ xieraq – Żbalji ta’ liġi – Żnaturament tal-provi – Inammissibbiltà manifesta – Aggravju manifestament infondat”
Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 26, 33, 34)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T‑300/07) li tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2007, li tiċħad l-offerta magħmula minn Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti ENTR/05/78, għal-lott Nru 2 (ġestjoni tal-infrastrutturi), għall-ġestjoni u għall-manutenzjoni tal-portal “L-Ewropa tiegħek”, u li tagħti dan il-kuntratt lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy