Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-561/10 P)
“Appell – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Sejħa għal offerti – Servizzi informatiċi ta’ manutenzjoni tas-sistemi SEI-BUD/AMD/CR – Ċaħda tal-offerta – Motivazzjoni insuffiċjenti – Evalwazzjoni żbaljata tal-punti ta’ fatt u tal-provi”
1. Appell - Aggravji - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà manifesta (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 113(1)) (ara l-punt 14)
2. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tingħażilx offerta - Obbligu li jiġu kkomunikati, wara talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relatati mal-offerta magħżula kif ukoll l-isem tal-persuna li ngħatat il-kuntratt - Obbligu tal-awtorità kontraenti li tipprovdi analiżi komparattiva ddettaljata tal-offerta magħżula u tal-offerta tal-offerent mhux magħżul - Assenza - Aggravju manifestament infondat (Artikolu 256 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 21, 22, 25, 27, 28)
3. Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Għoti ta’ kuntratti - Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Kriterji ta’ għoti - Kriterji li jirrigwardaw, minn naħa, il-kapaċitajiet tal-offerenti matul il-fażi tas-selezzjoni u, min-naħa l-oħra, il-volum propost tax-xogħlijiet matul il-fażi tal-għoti - Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 97; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 138) (ara l-punti 31-34)
4. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament - Żbalji tipografiċi ta’ offerent, mhux rettifikati mill-awtorità kontraenti, u kkwalifikati bħala żbalji ta’ kalkolu - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-preżenza fiżika ta’ persuna responsabbli mill-proġett matul iż-żmien kollu tal-kuntratt - Nuqqas ta’ żnaturament - Aggravju manifestament infondat (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-subparagrafu 1(ċ) tal-Artikolu 112(1)) (ara l-punti 40-44)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T‑387/08) li tiċħad rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-OPOCE, tal-20 ta’ Ġunju 2008, li tirrifjuta l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti għall-konklużjoni ta’ kuntratti qafas għas-servizzi tal-informatika ta’ manutenzjoni tas-sistemi SEI-BUD/AMD/CR u s-servizzi relatati (Nru AO 10185) (ĠU 2008/S 43-058884) kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy